Il-Ħadd waranofsinhar l-Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anglu Farrugia, ppreżenta numru ta’ unuri lil bosta żgħażagħ minn madwar id-dinja wara li ġiet fi tmiema l-konferenza Malta Model United Nations.
Fid-diskors tiegħu, Farrugia sostna li għal darb oħra l-MaltaMUN tat opportunita’ tajba biex aktar żgħażagħ ikabru l-għarfien tagħhom fuq numru ta’ materji attwali madwar id-dinja. Huwa tenna li jinsab kburi li l-Parlament Malti għat-tielet sena konsekuttiva serva ta’ pjattaforma importanti għal din il-konferenza annwali.
Il-kamra tar-rappreżentanti temmen li huwa ta’ importanza li nkomplu nipprovdu lill-mexxejja ta’ għada, l-għodda li hemm bżonn biex ikattru l-ħiliet tagħhom.