L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, jinnota b’dispjaċir l-inċidenti xejn paċifiċi li seħħew ilbieraħ ħdejn il-bini tal-Parlament, fejn membri tal-Kamra ġew imfixkla u insulentati waqt li kienu ħerġin mill-Parlament.
Is-Sedja tara li għandhom jittieħdu l-passi fil-konfront ta’ dawk il-persuni li eċċedew il-limitu u kissru l-liġi b’mod manifest, inkluż bi vjolenza u danni volontarji fil-konfront tar-rappreżentanti tal-poplu.
L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq li dan l-aġir xejn responsabbli jista’ jiġi meqjus ukoll bħala li jikkostitwixxi reat kontra l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati (Kap. 113).