Wara l-kliem dispreġġjattiv mid-deputati Nazzjonalisti tul is-seduta Parlamentari tal-lum li ma ħallewx lill-Prim Ministru jagħmel l-istqarrija ministerjali, l-Ispeaker ikkundanna dan l-aġir fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Waqt li kkundanna dan kollu, l-Ispeaker f’ruling li ta talab kemm lill-Prim Ministru kif ukoll lill-Kap tal-Opożizzjoni biex jirtiraw il-kliem u jitolbu skuża.
Waqt li l-Prim Ministru mexa mad-deċiżjoni, il-Kap tal-Opożizzjoni qal li se jibqa’ jżomm mal-kliem li ntqal.