L-Ispeaker tad-Dar tar-Rappreżentanti, l-Onor. Anġlu Farrugia, illum iffirma l-Ktieb tal-Kondoljanzi wara t-tluq ta’ Qdusitu l-Papa Franġisku.
Fil-messaġġ tiegħu, l-Ispeaker Farrugia sellem il-memorja tal-Papa Franġisku bħala xemx qawwija ta’ fidi, messaġġier bla heda ta’ tama, u xhud ħaj tal-imħabba bla qies ta’ Kristu. Huwa wera d-dispjaċir tiegħu għat-telfa ta’ pontifiku li spira lid-dinja permezz tal-ħniena, l-umiltà u d-djalogu kuraġġuż. Huwa talab sabiex il-fidi soda tal-Papa Franġisku tkompli tkun ta’ gwida għall-ġenerazzjonijiet futuri.
L-Ispeaker ġie milqugħ minn Eċċellenza Tiegħu n-Nunzju Appostoliku, li esprima l-apprezzament tiegħu għal din il-ġest ta’ solidarjetà u niket.