F’deċiżjoni tal-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, ġie deċiż kif l-abbozz tal-Oppożizzjoni ma jistax ikun diskuss fil-Parlament hekk kif huwa wieħed li jeħtieġ il-flus biex ikun implimentat.
Skont il-liġi, abbozz li għalih iridu jkunu vvutati fondi pubbliċi biex ikun implimentat, irid jiġi ppreżentat minn Ministru tal-Gvern.
Fil-fatt l-Ispeaker innota kif huwa diġa kien identifika dan l-abbozz bħala wieħed li jeħtieġ il-messaġġ tal-President u għalhekk huwa klassifikat bħala ‘money bill.’
Intant f’sessjoni tal-kumitat għax-xogħol tal-Kamra, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne stqarr kif il-Gvern jinsab dispost li jiddiskuti l-ideat tal-Oppożizzjoni dwar il-konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan madankollu skont il-proċeduri stabbiliti tal-Kamra.