Fil-Parlament, l-Ispeaker Anġlu Farrugia sostna li l-Prim Ministru Robert Abela m’għamel l-ebda referenza diretta għal Adrian Delia dwar il-leak tal-Pre-Budget Document Nazzjonalista lill-Partit Laburista.
Dan wara li l-eks Kap u Deputat Nazzjonalista talab għal ruling mingħand l-Ispeaker dwar dak li ntqal mill-Prim Ministru nhar it-Tlieta li għadda.
Fir-ruling tiegħu, iżda, l-Ispeaker qara d-drabi li l-Prim Ministru, fil-kontro-replika tiegħu għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, semma l-Pre-Budget Document tal-Partit Nazzjonalista u fejn, fl-ebda ħin, Dr Abela ma qal li kien Adrian Delia li kixef dan id-dokument intern tal-Partit Nazzjonalista.