Il-Kamra tad-Deputati, immexxija mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, laqgħu 27 reklut tal-Pulizija fil-binja tal-Parlament.
Filwaqt li awguralhom għal-karriera tagħhom fil-Korp, l-Ispeaker qal li huwa wkoll serva bħala fizzjal għoli fil-Korp tal-Pulizija u saħaq fuq kemm huwa kruċjali li kull reklut jifhem sew il-liġijiet – mhux biss għal skop ta’ studju iżda ukoll biex jingħata l-aħjar servizz liċ-ċittadin fi kwalunkwe sitwazzjoni.
L-Ispeaker tal-Kamra enfasizza l-importanza li tkun membru tal-korp għax mingħajr l-operat tagħhom, il-ġustizzja ma tistax titwettaq.