L-Ispeaker tal-House of Commons John Bercow żamm il-Gvern milli jipprova jgħaddi vot dwar il-ftehim Brexit.
“Mozzjoni dwar il-ftehim diġà tpoġġiet għal dibattitu fil-Parlament is-Sibt li għadda u kienet tkun ripetettiva”, saħaq l-Ispeaker hu u jikkwota konvenzjoni parlamentari tal-bidu tas-seklu sbatax waqt li ta r-ruling.
Wara d-deċiżjoni tal-Ispeaker, deputat tal-Partit tal-Prim Ministru Boris Johnson qam jikkritika lill-Ispeaker u akkużah b’nuqqas ta’ imparzjalità.
Ir-Renju Unit suppost għandu jħalli l-Unjoni fl-aħħar ta’ Ottubru iżda l-ftehim milħuq bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Ingliż l-ewwel irid jiġi approvat mill-Parlament Ingliż u dak Ewropew.
Wara l-emendi li għaddew nhar is-Sibt, qabel jiġi approvat il-ftehim Brexit trid tgħaddi liġi oħra dwar li r-Renju Unit iħalli l-Unjoni Ewropea.
Din trid tgħaddi mill-iskrutinju mhux biss tal-House of Commons iżda anki tal-House of Lords.
Aktar kmieni l-Prim Ministru Ingliż bagħat ittra lill-Unjoni Ewropea hekk kif kien marbut li jagħmilha biex jitlob estensjoni għal Brexit.
Ittra li ma ffirmax u imbagħad bagħat fejn qal li huwa żball li Brexit għandu jittardja.