Fil-kapaċita tiegħu bħala Chairperson tal-Commonwealth Parliamentary Association (CPA), l-ispeaker Anġlu Farrugia attenda l-41 laqgħa ta’ dan il-kumitat li sar f’Darwin, l-Awstralja.
F’din il-laqgħa l-membri tal-kumitat iddiskutew l-irwol tac-CPA fic-CHOGM (Commonwealth Heads of Government Meeting).
Huma talbu lill-ispeaker Anġlu Farrugia, biex jistieden lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jispjega lir-Renju Unit l-irwol importanti ta’ din l-assoċjazzjoni kif ukoll il-benefiċċji li jista’ jgawdu minnhom hekk kif din l-assoċjazzjoni għandha rwol importanti fic-CHOGM tal-2018.
Malta hija membru ta’ dan il-Grupp bħala ċ-Chair in Office tal-Commonwealth.