L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ippubblika ittra li l-Avukat tal-Kamra tar-Rappreżentanti, il-Professur Ian Refalo bagħat lil iben Daphne Caruana Galizia.
Dan wara li Matthew Caruana Galizia kiteb ittra u talab għar-riżenja tal-Ispeaker.
Fl-ittra għan-nom tal-Ispeaker tal-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, Caruana Galizia ntalab jimxi mal-proċedura u jikteb lill-Iskrivan tal-Kamra.
B’rabta ma’ allegazzjonijiet li meta Farrugia kien membru tal-Korp tal-pulizija ta fastidju lil Daphne Caruana Galizia, l-ittra tal-Professur Refalo fakkret lil Matthew Caruana Galizia li Anġlu Farrugia kien fetaħ libell fuq din l-allegazzjoni u rebħu.
L-ittra tal-Avukat tal-Kamra temmet tgħid li l-Ispeaker se jkompli jwettaq xogħlu fl-aħjar interess tad-demokrazija fil-pajjiż.