L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia ġie elett bħala President ta’ kumitat tal-Inter-Parliamentary Union bil-għan li jippromwovi r-rispett lejn il-Liġi Umanitarja Internazzjonali.
Il-kumitat internazzjonali hu ddedikat biex jimbotta prinċipji u regoli mil-istess Liġi Umanitarja Internazzjonali, li tillimita l-effetti tal-konflitti bl-armi għal raġunijiet umanitarji.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fir-reazzjoni tiegħu, Dr Farrugia, li kien qed imexxi delegazzjoni parlamentari fl-assemblea tal-IPU flimkien mad-deputati Davina Sammut Hili u Ivan Castillo, u assistit minn Ian Bajada, qal li hu ta’ unur għalih li se jkun qed imexxi dan il-kumitat u hu kommess li jmexxi ’l quddiem il-valuri tal-umanità, id-dinjità u r-rispett għal liġi internazzjonali.