Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru 2017, fil-bini tal-Parlament, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia se jkun qed jilqa’ u jagħti l-awguri għas-sena l-ġdida lill-mexxejja u lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u lill-korpi kostitwiti. Se jkun qed isir ukoll bdil ta’ awguri ma’ għaqdiet kif ukoll mal-membri tal-pubbliku.
Dawk l-għaqdiet jew membri tal-pubbliku li jixtiequ jattendu huma mitluba jirreġistraw l-interess tagħhom billi jċemplu fuq in-numru tat-telefon 25596294 fil-ħinijiet tal-uffiċċju.