L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, flimkien mal-Kunsill Globali għat-Tolleranza u l-Paċi laqgħu u indirizzaw l-konferenza bit-tema “call for Sustainable International Peace and Launching of the Global Tolerance Index.”
Fi sfond anke ta’ żewġ kunflitti, il-mira ewlenija tal-konferenza kienet sabiex fuq livell internazzjonali ikun hawn l-aqwa prattiċi u għarfien fuq it-tolleranza u l-paċi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din il-konferenza nediet dik magħrufa bħala il-Global Tolerance Index, li għandu l-għan li juri l-ħidma tal-pajjiżi sabiex jippromwovu l-paċi fost il-komunitajiet tagħna.