L-Ispanjoli llum ivvutaw fl-elezzjoni bikrija li saret biex jeleġġu l-Gvern u l-Prim Ministru tagħhom.
Il-Prim Ministru soċjalist Pedro Sanches qal kif kien hemm turnout kbir. Huwa wassal viżjoni ta’ riformi soċjalisti u ħidma sabiex tkompli tissaħħaħ l-ekonomija.
Madanakollu l-partit tiegħu f’kull stħarriġ li sar dejjem ġie wara l-partit tal-konservattivi.
Il-votazzjoni tgħalaq fit-tmienja tal-lejla u hemm 37 miljun persuna eliġibbli sabiex jivvutaw.