Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, in-nefqa rikurrenti tal-Gvern għall-ewwel ħdax-il xahar tas-sena qabżet l-erba’ biljun ewro.
Bejn Jannar u Novembru din in-nefqa kienet ta’ tliet mija u disgħa u għoxrin miljun ewro aktar mill-istess perjodu tas-sena l-oħra.
L-akbar żieda kienet fil-kategorija ta’ programmi u inizjattivi hekk kif il-Gvern offra spalla kbira lill-familji u lin-negozji fid-dawl tal-impatt qawwi li ħalliet l-imxija.
Kien hemm ftit aktar minn sebgħa u ħamsin miljun ewro f’infiq li kienu parti mill-benefiċċji soċjali fejn erbatax-il miljun ewro u nofs minnhom marru għall-benefiċċji marbuta mal-Covid-19.
L-istatistika tal-NSO nnutat ukoll tnaqqis fuq l-interessi fid-dejn nazzjonali.
Fil-fatt imqabbel ma’ Jannar u Novembru tas-sena l-oħra, kien hemm kważi disa’ miljun ewro tnaqqis fl-interessi fuq id-dejn nazzjonali.