L-Islovenja huwa l-ewwel pajjiż Ewropew li ddikjara t-tmiem uffiċjali tal-pandemija. Dan il-membru stat għandu popolazzjoni ta’ żewġ miljun persuna, u rreġistra biss ftit każijiet fl-aħħar ġimagħtejn. Mil-lum, mhux se jkun hemm aktar kwarantina għal kull min jivvjaġġa lejn l-Islovenja minn pajjiżi oħra fl-Ewropa.
Filwaqt li fl-Awstrija bdew jiftħu r-ristoranti u l-kafetteriji. Irid jinżamm metru bejn kull mejda, u ma jistax ikun hemm iżjed minn erba’ persuni ma’ kull mejda.