Ċelebrazzjoni tal-bidu tas-sena l-ġdida se jkun qed jitħejja għar-refuġjati mill-Islanda wara li għexieren ta’ persuni kitbu fuq il-midja soċjali li lesti jgħinu.
Membri mill-għaqda tal-karità Akkeri qalu li l-kunsill ta’ Reykjavik offrew l-ispazzju fejn jista’ jsir il-festin, li jinsab fuq ix-xmara Tjornin.
Id-Direttur tal-għaqda qal li bosta persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil ikunu qed jistennew b’ħerqa risposta wara li jkunu taw l-applikazzjoni tagħhom.
“Hi xi ħaġa sabiħa li kulħadd ikun jista’ jieħu ftit gost. Dan hu esperiment li se jkun qed juri lin-nies li huma għandhom valur u li huma milqugħa fil-komunità tagħna,” sostniet id-Direttur.