L-Isla rebħet ir-regatta ta’ Jum il-Ħelsien.
Huma aċċertaw matematikament ir-rebħa f’din ir-regatta wara t-tmien tellieqa u r-raba’ waħda tal-Kategorija Open, qabel l-aħħar tellieqa ta’ din il-kateġorija.
Dan hekk kif l-Isla ġabu 74 punt, warajhom fit-tieni post ġew Bormla b’40 punt u fit-tielet post ġew iċ-Marsa bi 28 punti. Dan filwaqt li l-Birgu ġabu 20 punt u l-Kalkara ġabu erba’ punti.
Dan filwaqt li d-distrett ta’ Bormla rebaħ Kategorija B, b’total ta’ 50 punt.
Fit-tieni post f’Kategorija B ġew il-Kalkara bi 48 punt u fit-tielet post ġew l-Isla bi 42 punt. Il-Birgu u Birżebbuġa ġabu 16-il punt rispettivament.
Intant, it-tellieqa tan-nisa ntrebħet mill-Birgu.
Ritratt: Dunskie Borg