L-avveniment annwali tal-Isle of MTV li se jittella’ fis-27 ta’ Ġunju għal darb oħra se jitħejja fuq il-Fosos tal-Floriana.
F’dawn l-aħħar snin eluf ta’ turisti u Maltin attendew għal dan il-kunċert spettakolari li huwa okkazzjoni ta’ livell importanti li ngħollu u nippromwovu l-profil ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika.
L-Isle of MTV huwa kunċert annwali b’muzika kontinwa u huwa aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas b’ line-up ta’ artisti internazzjonali b’fama internazzjonali li joħonqu il-folla numerusa fuq il-Fosos tal-Furjana. L-ispettaklu IoMTV huwa l-quċċata ta’ ġimgħat ta’ avvenimenti diversi ta’ mużika live.
Din is-serata hija opportunita’ tajba għal Malta peress li jixxandar programm specjali fuq l-istazzjonijiet MTV madwar għoxrin pajjiż differenti fl-Ewropa.