L-Isla rebħu r-Regatta taż-Żgħażagħ li saret is-sibt wara nofs-in nhar fil-bajja tar-Rinella. B’hekk huma żammew ix-shield li kienu rebħu fl-aħħar edizzjoni li kienet saret fl-2019. Regatta li kienet qed tirritorna wara l-waqfa twila ta’ aktar minn sentejn minħabba l-pandemija.
L-Isla rebħu l-palju tal-ewwel fil-Frejgatini u f’Tal-Pass b’erba’ mqadef, filwaqt li daħlu t-tieni f’Tal-Midalji u fil-Kajjikki. Is-sengleani daħlu t-tielet f’Ta’ bi Tnejn.
Min-naħa tagħhom Bormla rebħu t-tiġrija Tal-Midalji, Marsamxett rebħu dik Ta’ bi Tnejn filwaqt li l-Kalkara rebħu t-tiġrija tal-Kajjikki.
L-edizzjoni ta’ din is-sena, li għall-kuntrarju tas-soltu, kienet miftuħa għall-qaddiefa b’eta’ taħt l-għoxrin sena u mhux taħt it-tmintax-il sena. Ir-raġuni kienet sabiex tagħti ċans lil dawk il-qadiefa li laħqu għalqu it-tmintax -il sena f’dawn l-aħħar sentejn u li ma kellhomx ċans li jikkompetu minħabba l-waqfa għall-pandemija.
F’din ir-regatta ħadu sehem Bormla, Isla, Birgu, Kalkara, Marsa u Marsamxett.
Ir-Regatta U20 kellha ħames tiġrijiet: Tal-Pass b’erba’ imqadef (Tal-Midalji), Frejgatini, Tal-Pass b’żewġ imqadef, Kajjikki u Tal-Pass b’erba’ mqadef .
Apparti l-ħames tiġrijiet tal-qaddiefa żgħażagħ saru wkoll żewġ tigrijiet oħra separati. Dawn kienu t-tiġrija tal-Balklori b’qaddief wieħed li ġiet mirbuħa minn Marsamxett permezz ta’ Peter Cremona u t-tiġrija għall-qaddiefa tfajliet U20 (Frejgatini) mirbuħa mill-Isla bil-qaddiefa Brooke Stivala & Alyhia Bonello.
Ir-Regatta U20 kienet organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali, SportMalta u l-klabbs tar-Regatta lokali.
Dawn kienu r-riżultati kollha:
U20 Tiġrija 1: Tal-Pass b’erba’ mqadef (Tal-Midalji)
1. Bormla (Dean Agius, Denzel Thornton, Nicholas Paris, Isaac Mizzi)
2. Isla (Luke Farrugia, Cayvon Gatt, Coultan Buhagiar, Denilson Long)
3. Kalkara (Owen Said, Clayton Azzopardi, Kurt Cassar, Kieran Bonnici)
U20 Tiġrija 2: Frejgatini
1. Isla (Owden Caruana Smith & Deacon Abela Wilson)
2. Birgu (Edilson Aquilina & Thomas Farrugia)
3. Bormla (Kayden Aquilina & Isaac Mizzi)
U20 Tiġrija 3: Ta’ bi Tnejn
1. Marsamxett (Mel Magro & Shylon Gauci)
2. Kalkara (Kohath Mallia & Clayton Azzopardi)
3. Isla (Luke Farrugia & Cayvon Gatt)
U20 Tiġrija 4: Kajjikki
1. Kalkara (Kohath Mallia & Kurt Cassar)
2. Isla (Wesley Ghiller & Lydon Anastasi)
3. Bormla (Dean Agius & Mattia Calleja)
U20 Tiġrija 5: Tal-Pass b’erba’ mqadef
1. Isla (Luke Farrugia, Cayvon Gatt, Owden Caruana Smith, Denilson Long)
2. Marsamxett (Reeves Cini, Mel Magro, Shylon Gauci, Roxvin Micallef Gouder)
3. Bormla (Dean Agius, Denzel Thornton, Nicholas Paris, Mattia Calleja)
Frejgatini tan-Nisa
1. Isla (Brooke Stivala & Alyhia Bonello)
2. Kalkara (Kenzie Abela & Narkesha Mizzi)
3. Birgu (Jade Cachia & Chanelle Avellino)
Ta’ b’wieħed (Tal-Barklori)
1. Marsamxett (Peter Cremona)
2. Birgu (Gordon Dimitri)
3. Kalkara (Davison Micallef)