L-Isla rebhu l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta U18 li saret nhar is-sibt 21 ta’ Lulju fil-bajja tar-Rinella. Kienu zewg klabbs biss li hadu fir-Regatta ta’ din is-sena hekk kif jidher li bosta klabbs bhalissa qed ihabbtu wicchom ma’ nuqqas ta’ qaddiefa żgħażagħ.
L-Isla rebħu erba’ tiġrijiet minn ħamsa:
Dgħajjes Tal-Pass b’erba’ mqadef, tal-Frejgatini, Dgħajjes Tal-Pass b’żewgt imqadef u l-aħħar waħda ta’ b’erbgħa.
Il-bormliżi rebħu r-raba tiġrija fil-programm, tal-kajjikki.
It-tim ta’ qaddiefa tal-Isla rebbieħa tax-shield kien kompost minn:
Charvon Gatt, Larkin Massa, Owen Galea, Braydon Azzopardi, Francesco Paris, Cayvon Gatt u l-coxwain Yarik Agius.
L-Isla rebħu l-edizzjoni tar-regatta U18 ta’ din is-sena b’total ta’ 84 punt, b’Bormla jtellgħu 60 punt.