Hekk kif bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti għal-logħba ta’ għada minn Grupp D3 tal-UEFA Nations League, l-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti s-saħħet bir-ritorn tad-difensuri Andrei Agius u Steve Borg li tilfu l-logħba ta’ nhar is-Sibt kontra l-Kosovo minħabba sospenzjoni.L-attakkant ta’ Balzan FC Alfred Effiong ser jitlef il-partita ta’ għada minħabba li ser ikun sospiż filwaqt li l-winger Luke Gambin irritorna mal-klub tieghu Crawley Town sabiex jilgħab fir-replay tal-FA Cup għada kontra Southend United.
Il-captain ta’ Floriana FC Steve Pisani mhux ser ikun parti mill-iskwadra għal-logħba ta’ għada.
Il-kumplament tal-iskwadra li kienet għad-dispożizzjoni tal-kowċ Ray Farrugia għall-partita tas-Sibt li għada ser tkun eleġibbli għall-għażla għada wkoll.
Malta kontra l-Faroe Islands għada fl-Istadium Nazzjonali fil-20.45.
Ritratt: Joe Borg / MFA