L-għada tal-Milied, ħafna ħwienet u negozji jagħtu bidu għall-istaġun tal-iskontijiet – fejn il-poplu jieħu l-opportunità li jixtri dak li jrid jew għandu bżonn bi prezzijiet imraħħas.
Dan deher biċ-ċar, l-għada tal-Milied, fejn ħafna persuni rħewlha fost l-oħrajn għal tas-Sliema – sabiex igawdu minn dawn l-iskontijiet.
Kien proprju qabel id-disgħa ta’ filgħodu, meta n-nies kienu diġà bi kju wara l-bibien ta’ stabbiliment partikolari f’Tas-Sliema.
Crew minn ONE News, tkellem ma’ dawn il-persuni, li mhux biss innotaw li uħud mill-iskontijiet huma aqwa mis-snin l-oħra, iżda wkoll qalulna kif jieħdu din l-opportunità biex jixtru, l-għada tal-Milied.
“Hawn ħafna sale wara l-Milied, u għadni ma xtrajt xejn għall-Milied u allura ġejt hawn, nara x’hawn u xtrajt xi ħaġa.”
“Biex inbiddel l-affarijiet għax ma ġewhomx.”
“Kelli ġurnata barra u ġejna nixtru.”
“Ma kellniex ċans niġu qabel propjament, u nibbenefikaw minn ftit skontijiet ukoll, għaliex le?”
“Ma tantx kelli ċans, u timla’ ġurnata wkoll, tiġi hawnhekk, u jkun hawn atmosfera sabiħa għax hawn in-nies.”
“Nibdlu xi rigali.”
“It’s my last say in Malta and I picked up some clothes.”
Staqsejnihom ukoll minn xiex ibbenefikaw minn dawn l-iskontijiet.
“Ħwejjeġ u żraben ħafna. Tas-Sliema hawn range ta’ ħwienet, allura it’s very easy to find something.”
“L-ewwel ma nfittex li jogħġobni, ħa nkun onesta miegħek. Mhux kollox qiegħed bis-sale, jiġifieri jekk nidħol f’ħanut, mhux bilfors li se nixtri bis-sale, imma dak li jogħġobni. Tajjeb li jinzerta u li tlaqqagħhom flimkien – li jogħġbok, u li jkun bis-sale.”
“I usually look for clothes, maybe makeup, skincare.”
“Kwalità tajba xorta, affarijiet li jogħġbuni, u bħala studenti tgħinni li jkun hemm skont. Mhux se nixtri xi ħaġa ma togħġobnix għax qiegħda fuq skont.”
“Xtrajna xi ħaġa online ukoll.”