Fil-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna, l-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Klara ċċelebrat dan il-jum, fost l-oħrajn permezz ta’ filmat li fih numru ta’ studenti minn pajjiżi differenti wasslu messaġġ ta’ diversità bil-lingwa tagħhom.
Hawnhekk spikkat il-lingwa Maltija, flimkien ma’ dik Ingliża, il-Franċiż, is-Serb, il-Kolombjan, l-Indi, it-Taljan, ir-Russu, il-Pollakk, l-Għarbi, l-Ukren, iċ-Ċiniż, il-lingwa tal-Veneżwela, tal-Litwanja u dik Tajlandiża.
Il-messaġġ ewlieni kien: “Illum niċċelebraw ir-rikezza u d-diversità tal-lingwi li jsawru l-identitajiet u l-kulturi tagħna. Aħna nħeġġu l-imħabba lejn id-diversità lingwistika u napprezzaw il-kliem li jgħaqqadna mal-għeruq tagħna. Kull lingwa hija għanja unika li tgħaqqad mal-melodija li tgħaqqad lil kulħadd.”
Segwi l-filmat hawnhekk: