L-Iskola Medja ta’ Bormla, li tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Margerita, se jkollha grawnd ġdid bit-turf u msaqqaf.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, li spjegat kif dan il-proġett mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada b’investiment ta’ tliet mitt elf ewro, jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tal-pedamenti tal-grawnd.
Il-Ministru qalet kif dan il-proġett huwa parti mill-proġetti ta’ faċilitajiet sportivi li qed isiru f’għoxrin skola madwar pajjiżna, b’investiment ta’ ftit iżjed minn miljun ewro.
Qalet, “It-tfal ta’ din l-iskola għandhom xewqa li jkollhom aktar spazji. Filwaqt li konna qed inħabbru dan il-proġett, kif konna hawnhekk ħadna d-deċiżjoni li dan il-proġett inkabbruh u allura, flimkien mal-proġett max-xogħlijiet li għaddejjin se nkunu qed nagħmlu fażi oħra. Iddeċidejna proprju issa on the spot, ix-xewqa tat-tfal qaluhielna proprju llum u ħa nkunu qegħdin insaqqfu dan ix-xogħol li qed isir, li jista’ jintuża iktar anke fix-xita.”