Wara li l-iskola medika ta’ Barts ingħalqet minħabba l-imxija tal-Coronavirus, ġie deċiż li din l-iskola li tinsab fl-isptar Ġenerali t’Għawdex tibda tintuża bħala sptar sabiex titkompla l-ġlieda kontra l-Coronavirus.
Għal dan il-għan tbattlu wkoll l-uffiċċji tal-amminisitrazzjoni, dan jippermetti li jkunu 120 sodda oħra għall-pazjenti bil-Coronavirus. S’issa żdiedu 41 sodda li 3 minnhom huma okkupati minn pazjenti li rriżultaw pożittiv għall-Coronavirus li jinsabu fi stat tajjeb ta’ saħħa.
Intant, s-sala prinċipali tal-iskola ta’ Barts qed tintuża b’mod regolari sabiex jingħataw l-aħħar aġġaornamenti lill-ħaddiema tal-isptar rigward is-sitwazzjoni tal-Coronavirus. Filwaqt li żewġt iswali fejn kienu jingħataw il-lezzjonijiet wkoll tbattlu.
B’hekk se jkunu provduti aktar spazji sabiex l-isptar ikun jista’ jerġa’ juża s-swali orġinali tiegħu filwaqt li jkun hemm wkoll spazji għall-paazjenti morda bil-Coronavirus.
F’din l-iskola medika se tkun tista’ kura bħall-kimoterapija u infużjonijiet relatati. B’hekk pazjenti li għandhom mard kroniku se jkunu jistgħu jibqgħu jingħataw il-kura li għandhom bżonn.
Din id-deċiżjoni ntlaqgħet tajjeb mill-komunità Għawdxija.
Minħabba l-imxija tal-Coronavirus appuntament tal-outpatients u teħid tad-demm ġew poposti bil-għan li ħaddiema f’dan l-isptar ikunu jistgħu jiffukaw fuq din it-tifqigħa.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Stewart HealthCare Dr Delicata qal li dan juru li Stewart Healthcare hija komessa li tgħin fil-ġlieda kontra l-Coronavirus. Dan billi pazjeni morda bil-Coronavirus jkunu jistgħu jingħataw it-trattament meħtieġ filwaqt li pazjenti morda b’mard ieħor ikunu jistgħu jibqgħu jingħataw il-kura.