Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech irċieva handover mill-Presidenza Slovakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Din irċieviha forma ta’ qanpiena mill-Ministru Slovakk Miroslav Lajčák. L-għoti ta’ qanpiena huwa ġest simboliku li jirrappreżenta l-bidu ta’ pajjiż fit-tmun u t-tmien ta’ ieħor fl-istess pożizzjoni.
Meta iddiskutew il-preparazzjonijiet għall-Presidenza, id-Deputat Prim Ministru saħaq dwar l-importanza li tibqa tinżamm attitudni ħolistika fil-mod li bih l-Ewropa titratta l-migrazzjoni. Innota li l-attitudni hija waħda pożittiva, liema pożittività bdiet tinżera waqt il-Valletta Summit.
Qal ukoll li fil-futur immedjat, il-Presidenza Maltija se tkompli taħdem mal-Parlament Ewopew biex jintlaħaq qbil dwar dak li jissejjaħ External Investment Plan – strument finanzjarju li jara li jkun hemm żvilupp soċjo-ekonomiku f’pajjiżi minn fejn joriġinaw l-immigranti.