Illum tħabbar kif l-iskema għall-pannelli fotovoltajċi domestiċi ġiet estiża bi €8 miljun. Fl-aħħar erba’ snin, il-Gvern kompla jaħdem jiżdied l-investiment fl-enerġija nadifa permezz ta’ fondi Ewropej. Filfatt, matul dawn is-snin twettqu l-proposti li kienu mwiegħa fil-manifest elettorali.
F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg, ġie spjegat li ġew investiti total ta’ €33 miljun fi skemi ta’ enerġija rinovabbli għall-familji u n-negozji Maltin, ammont totali li jeskludi l-investiment li tħabbar illum ta’ €8 miljun.
Investiment li ra li jiġġeddu skemi ta’ kull sena, skemi bħal dawk tal-pannelli fotovoltajċi, solar water heaters, roof insulation u double glazi kif ukoll skemi għar-restawr tal-bjar filwaqt li ġew introdotti skemi ġodda.
Gvern Laburista introduċa ukoll l-ewwel skema għal min m’għandux aċċess għall-bejt biex xorta waħda jingħata l-opportunitá li jinvesti f’pannelli solari. Ġew introdotti ukoll feed in tariffs ġodda u inċentivi oħra għall-industrija.
Pajjiżna fassal mill-ġdid il-politika dwar l-enerġija rinovabbli li tiffoka primarjament fuq l-enerġija ġġenerata mix-xemx.
F’dawn l-erbà snin se jkunu bbenefikaw mal-20,500 familja:
Skemi tal-PV: ibbenefikaw aktar minn 13,000 familja f’pajjiżna b’investiment ta’ aktar minn €30 miljun
Communal Farm: ibbenefikaw madwar 350 f’pajjiżna
Skemi tas-solar water heater: ibbenefikaw mal-2,000 familja f’pajjiżna, jiġifieri b’investiment ta’ €682,727
Skemi ta’ roof insulation u double glazing: ibbenefikaw aktar minn 1,000 familja b’investiment ta’ €335,940
Skemi ta’ restawr ta’ bjar fid-djar: ibbenefikaw 416 familja b’investiment ta’ €295,868
Bl-iskema l-ġdida ta’ pannelli se jkunu qed jibbenefikaw madwar 3,500 familja.