Ġiet estiża l-iskema tal-Equity Sharing għall-persuni li għandhom ’il fuq minn 30 sena.
Dan hekk kif preżentament din hija miftuħa biss għal persuni li għandhom ’il fuq minn 40 sena.
Din l-iskema issa ser tkun miftuħa għal applikanti li għandhom bejn it-30 u l-34 sena u għandhom dħul massimu ta’ €25,000 u applikanti li għandhom bejn 35 u 39 sena u li għandhom dħul massimu ta’ €30,000.
Din l-iskema ser tkompli fuq dik li bdiet lura fl-2019 u għalhekk qed tingħata l-isem ta’ ‘Equity Sharing +’.
Filwaqt li ħabbar din l-estensjoni, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Roderick Galdes stqarr kif permezz ta’ din l-iskema l-Gvern ser ikun qed jidħol forċina biex kulħadd ikun jista’ jagħmel daru u jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.
“Issa qegħdin iniedu din l-iskema għal żgħażagħ ta’ tletin sena bl-iskop tagħhom li minn età żgħira huma jinvestu waħidhom fil-propjetà flimkien mal-Gvern u b’hekk intuhom iċ-ċans u n-nifs li fuq 20 sena l-Gvern iħallsilhom l-imgħax kollu fuq il-parti tiegħu tal-loan u ntuhom il-possibilità li jixtru dak is-sehem wara għoxrin sena.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay stqarr kif din is-sena ser tkun dik tal-Housing Affordabbli.
Huwa spejga kif mis-sena 2019 l-iskema rreġistrat suċċess kbir bi kważi 400 applikazzjoni li ntlaqgħu mill-Awtorità tad-Djar u sa issa diġà nxtraw madwar 120 propjetà permezz ta’ din l-iskema.
“Qed nibnu fuq is-suċċess tal-equity sharing li ħarġet fl-2019 bl-iskop li tgħin persuni li mingħajr l-Awtorità tad-Djar ma setgħu qatt isiru sidien ta’ darhom. Persuni li jaħdmu, persuni li għandhom ċertu assi kapitali, iżda li minħabba l-età tagħhom kienu jsibu diffikultà li jottjenu loan mill-bank.”
t estiża l-iskema tal-Equity Sharing għall-persuni li għandhom ’il fuq minn 30 sena. Dan hekk kif preżentament din hija miftuħa biss għal persuni li għandhom ’il fuq minn 40 sena.
Din l-iskema issa ser tkun miftuħa għal applikanti li għandhom bejn 30 u 34 sena u għandhom dħul massimu ta’ €25,000 u applikanti li għandhom bejn 35 u 39 sena u li għandhom dħul massimu ta’ €30,000.
Din l-iskema ser tkompli fuq dik li bdiet lura fl-2019 u għalhekk qed tingħata l-isem ta’ ‘Equity Sharing +’.
Filwaqt li ħabbar din l-estensjoni il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Roderick Galdes stqarr kif permezz ta’ din l-iskema l-Gvern ser ikun qed jidħol forċina biex kulħadd ikun jista’ jagħmel daru u jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tad-Djar, Leonid McKay stqarr kif din is-sena ser tkun dik tal-housing affordabbli.