L-iskema Irrestawra Darek – maħsuba biex jiġu ppreservati binjiet fiż-żoni ta’ konservazzjoni urbana – se tiġi estiża għal sena oħra.
Fil-qasam tal-bini, il-Gvern nieda riforma biex jissaħħu r-regolamenti, u se jibqa’ għaddej ix-xogħol biex titwaqqaf Awtorità ġdida għall-Bini u l-Kostruzzjoni biex tirregola l-qasam.
Il-Gvern se jibqa’ għaddej bix-xogħol biex jinċentiva l-Kunsilli Lokali u l-għaqdiet ħalli jidħlu għal diversi proġetti fil-bliet u rħula biex itejbu l-ħajja tar-residenti.