L-iskejjel tal-Ingliż jistgħu jilqgħu studenti li huma mlaqqma kompletament u għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Avviż legali tas-Saħħa Pubblika ppubblikat ilbieraħ jisħaq dan.
Fi stqarrija, il-Federazzjoni tal-organizazzjonijiet tal-għalliema tal-Ingliż, il-FELTOM, laqgħet dan l-iżvilupp.
Qalet li hija dejjem kienet favur l-iskejjel tal-Ingliż li jaħdmu b’mod serju.
Il-FELTOM fissret l-avviż legali bħala l-ewwel pass sabiex l-industrija terġa’ tibda miexja lejn in-normalità.