Il-Gvern iħabbar 7 deċiżjonijiet marbuta mal-iskejjel, istituzzjonijiet edukattivi u eżamijiet.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ħabbar 7 deċiżjonijiet marbuta mal-iskejjel, istituzzjonijiet edukattivi u eżamijiet. Dawn id-deċiżjonijiet huma:
Il-Gvern nhar l-Erbgħa 18 ta’ Marzu kien ħabbar li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi se jibqgħu magħluqin sas-17 ta’ April. Illum tħabbar li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi kollha se jibqgħu magħluqin sal-aħħar ta’ Ġunju, jiġifieri sa tmiem is-sena skolastika kurrenti.
Kull min qiegħed Year 4 se jitla’ Year 5, u kull min qiegħed Year 5 se jitla’ Year 6 b’mod awtomatiku fl-istess klassi li qiegħed.
Fil-każ tal-istudenti kollha tal-Year 6 se tittieħed il-marka tal-assessment. Dan ifisser ukoll li l-benchmark tal-Year 6 mhux se jsir.
Fil-każ tal-istudenti li qegħdin Year 7, Year 8, Year 9 u Year 10, dawn se jitilgħu fis-sena li jmiss.
Il-Ministru Bonnici fakkar fin-numru 25981000 li huwa helpline għal kull materja relatata mal-edukazzjoni. fost oħrajn l-istudenti huma mħeġġa biex iċemplu huma stess sabiex jitkellmu mal-professjonisti sabiex jiggwidawhom fi kwalunkwe kjarifika jew mistoqsija li jista’ jkollhom.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/03/28/l-a-levels-se-jsiru-fsettembru-u-l-o-levels-se-jkunu-bbazati-fuq-il-marki-tal-mocks-li-saru-fi-frar/