Ir-Ryanair ħabbret it-tnedija tal-iskeda tagħha għas-sajf li ġej fejn il-kumpanija allokat 2.7 miljun seat għall-Maltin li qed ifittxu li jsiefru barra minn xtutna għall-btala f’waħda mid-destinazzjonijiet offruti mill-kumpanija.
Fi stqarrija llum, l-akbar kumpanija tal-ajru fid-dinja, b’bażi u investimenti f’pajjiżna, qalet li l-iskeda l-ġdida se toffri lill-konsumatur għażla wiesgħa ta’ destinazzjonijiet, li tinkludi numru ta’ bliet popolari kif ukoll postijiet aktar remoti li joffru ġmiel naturali mill-isbaħ.
Mauro Bolla, maniġer tal-kumpanija għall-Italja u r-reġjun tal-Lvant tal-Mediterran, qal li hu kuntent li qed iniedu skeda li ma tiddiżappuntax bis-selezzjoni ta’ destinazzjonijiet bl-orħos prezzijiet.
Għal din l-okkażjoni, ir-Ryanair nediet ukoll roħs fuq uħud minn dawn it-titjiriet bil-prezzijiet li jibdew minn €35.99 biss.