Il-Prim Ministru qal li jixtieq li Għawdex ikun l-ewwel post li jagħmel użu minn karozzi elettriċi. Filwaqt li l-Gvern irid li jkun hemm inċentivi, li min jixtri karozzi elettriċi jingħata incentiv u saħansitra jkun jista’ jiċċarġja l-karozza fil-garaxx tiegħu.
Ħabbar dan il-Prim Ministru hekk kif, dalgħodu, l-kabinett ħareġ barra mill-Berġa ta’ Kastilja u ltaqa’ fir-riserva naturali tas-Salini. Dan bħala parti mis-sensiela ta’ “Gvern li jwettaq – kabinett man-nies”.
Matul din il-laqgħa il-Ministru Jose Herrera tkellem dwar il-ħidma li qiegħda ssir fl-ambjent.
Il-Prim Ministru tkellem dwar il-politika nazzjonali dwar l-iskart u qal li fl-aħħar qed nieħu pjaċir li kulħadd qabel ma jarmi, jagħżel l-iskart. Kulħadd qiegħed jara d-differenza, l-figuri huma sbieħ u t-tunellatti ta’ skart qegħdin nużawhom bħala risorża għall-energija.
Tkellem dwar l-iskema tar-ritorn tal-flixken tal-plastik, li se nibdew aktar tard din is-sena. Nixtiequ li din l-iskema tkun suċċess anki li l-industrija ingħaqdet flimkien.
Il-Ministru Herrera qal li nbeda l-process mill-ERA biex numru ta’ siti oħra jiġu identifikati bħala siti natura 2000.
Art f’ Bengħajsa Birżebbugia b’daqs ta madwar 30,000 metru kwadru b’potenzjal li nħawwlu mal-5 t’elef siġra u arbuxxeli indiġeni, tgħaddi għand il-Ministeru biex issir żona ta’ afforestazzjoni. L-ikbar proġett ser ikun fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta.
Dwar il-widien, qal li proġett importanti se jinbeda studju biex widien tul ta’ 100km, li huma l-pulmun ta pajjiżna jkollhom ‘managment plans’ iddedikati għalihom.
Il-Ministru Herrera qal li qegħdin nersqu lejn l-aħħar fażi sabiex nippublikaw il-‘low carbon development strategy.’
Filwaqt li ħabbar li ser inkunu qegħdin nippubblikaw politika ħolistika dwar l-użu tas-‘single use plastic’, fil-ġranet li ġejjin.
Dwar l-iskart organiku miġbur b’mod separat qal li nġabru 6,775 tunellatta. Dan ifisser li l-iskart fil-borża s-sewda naqas b’25% mindu beda jinġabar l-iskart oragniku. Skema li qed tirriżulta f’suċċess.
Qal li se noħorgu għall-konsultazzjoni pubblika il-‘waste managment plan’ ta’ wara s-sena 2020.
Dwar, ir-reklamazzjoni tal-art il-Ministru Herrera qal li l-Ministeru tal-ambjent qiegħed joħloq strategija dwar l-iżvilupp sostenibbli 2050.