Permezz tal-midja soċjali, l-Istat Iżlamiku, qed jhedded li se jattakka l-erba’ grounds li fihom se jintlagħbu l-logħob tal-kwarti finali tal-UEFA Champions League.
Dawn il-grounds huma, l-Emirates Stadium f’Londra, il-Parc des Princes f’Pariġi, u s-Civitas Metropolitan u s-Santiago Bernabéu f’Madrid.
F’dan il-post, l-ISIS ippubblikaw ritratt tal-grounds, bil-kitba “Oqtulhom kollha”.
Minkejja dan, intqal li s-sitwazzjoni hija taħt kontroll, hekk kif l-Istat Iżlamiku spiss jagħmel theddid simili.
F’Ruma, din il-ġimgħa, ġie arrestat raġel ta’ 32 sena li huwa maħsub li huwa membru attiv tal-ISIS, hekk kif iġġieled f’isem il-grupp fis-Sirja, lura fl-2014.