L-awtorijajiet Libjani qalu li ħadu mill-ġdid il-kontroll tal-port u l-belt ta’ Sirte. Dan wara ġlied vjolenti kontra militanti tal-Istat Iżlamiku, l-ISIS.
Sirte hija meqjusa bħala l-ikbar fortizza tal-ISIS u l-aktar waħda sinifikanti barra mill-Iraq u s-Sirja. Iktar kmieni din il-ġimgħa, ajruplani tal-gwerra tefgħu bombi fuq din il-belt, filwaqt li forzi mill-baħar ukoll sparaw missili lejn il-port. Dawn l-azzjonijiet militari qed jitmexxew mill-gvern ta’ Tripli bl-appoġġ tan-Nazzjonijiet Maqgħuda.