In-Nazzjonijiet Magħquda qalu li l-Istat Iżlamiku qatel 40 persuna b’tiri ta’ arma tan-nar fil-Belt ta’ Mosul wara li ġew akkużati bi tradiment.
L-ISIS dendlu l-katavri ma’ arbli tad-dawl f’diversi Distretti f’Mosul. Rapport ieħor jgħid ukoll li raġel inqatel fil-pubbliku fiċ-ċentru ta’ Mosul wara li injora l-ordni tal-militanti biex ma jintużax il-mobile.
Il-forzi tas-sigurtá tal-Iraq għaddejjin bl-isforzi biex jieħdu lura Mosul mill-militanti tal-ISIS.
L-40 persuna li nqatlu kienu akkużatu b’tradiment u kollaborazzjoni u tlibbsu ilbies oranġjo li fuqu kien hemm miktub li huma tradituri u aġenti tal-forzi tas-sigurtá tal-Iraq.