Minn tal-inqas 75 persuna nqatlu u 100 oħra ndarbu f’żewġ attakki mill-Istat Islamiku f’Baghdad. Fl-ewwel attakk li seħħ is-Sibt, karozza bomba splodiet qrib ristorant u żona kummerċjali fid-distrett ċentrali ta’ Karrada.
It-triq kienet miżgħuda bin-nies fix-xahar tar-Ramadan. It-tieni bomba splodiet aktar tard fiż-żona ta’ Shia fit-tramuntana tal-kapitali. Iż-żewġ bombi waslu ġimgħa wara li l-forzi tas-sigurta’ Iraqini rkupraw lura l-belt ta’ Falluja mill-militanti tal-Istat Iżlamiku.
Il-grupp Ġiħadista refgħu responsabbiltà għall-karozza bomba suwiċida ta’ Karrada.