“Din kienet l-isbaħ ġurnata ta’ ħajtu.” Hu meta kelma bħal din tkun ġejja minn fomm omm, bħal Christine Galea, tkun tfisser ħafna.”L-espressjoni tiegħu ta’ ferħ kienet biżżejjed, naħseb qatt ma rajtu daqshekk ferħan lil Karl.”
Karl Galea huwa t-tifel Malti li kien ta’ eskorta tal-goalkeeper Portugiż Rui Patricio, izda li ltaqa’ wkoll mal-captain tat-tim finalist, Cristiano Ronaldo u qalu kelmtejn.
Karl, tifel ta’ disa’ snin mill-Imtarfa b’diffikulta’ bi smigħ, izda b’ passjoni kbira għall-logħba tal-ballun. Ommu stqarret li din kienet esperjenza unika għalih b’mod speċjali x’ħin Ronaldo resaq lejh.
L-omm stqarret li din l-esperjenza iebsa biex jinsija, b’mod speċjali għax l-aħħar sena waħda b’ċerti sfidi għalih. Il-maġija tal-logħba tal-ballun faċli ttaffi xi ftit il-piż.
It-tifel, li jafaxxina ruħu anke bil-mod kif jiċċelebra Ronaldo, se jkun fost ħafna li llejla se jsegwu l-ikbar logħba futbol ta’ din is-sena.
Il-finali tal-llum hija l-ħmistax-il edizzjoni u ser tkun qed tintlab bejn żewġ ġganti Ewropej. Biex waslu hawn Franza rnexxielhom jegħlbu liċ-ċampjins tad-dinja, l-Ġermaniżi, filwaqt li minn naħa l-oħra Portugall li kellhom vjaġġ eħfef għamluha għal Pariġi wara rebħa meritata kontra t-tim ġdid ta’ Wales.
Fl-aħħar għaxar logħbiet,it-tim Franċiż irnexxielu jirbaħ kull logħba kontra l- Portugiżi. Minn naħa l-oħra l-aħħar rebħa tat-tim Portugiż tmur lura aktar minn 40 sena.
Il-Portugall huma l-aktar tim li qatt lagħbu logħob f’din il-kompetizzjoni mingħajr qatt rebħu l-kompetizzjoni.
Tgħid min ser ikun ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni u tabilhaq; Robert Schembri, l-iskorta Malti fil-finali tall-llum ma liema plejer ser ikun qed joħroġ ?