Alleanza li għandha l-appoġġ tal-Istati Uniti li hija ffurmata mill-Kurdi Sirjani u ġellieda Għarab qalet li ħadet il-kontroll assolut ta’ dik li kienet imsejjħa l-kapitali tal-Istat Iżlamiku, iġifieri Raqqa.
Kelliem tal-Forzi Demokratiċi Sirjani qal li l-ġlied waqaf wara attakk li dam għaddej ħames xhur.
Issa bdew operazzjonijiet ta’ tindif sabiex jinkixfu postijiet fejn kienu jorqdu l-jihadisti u jitneħħew splussivi fl-art.
Iktar kmieni t-Tlieta, il-Forzi Demokratiċi Sirjani ħadu f’idejhom l-aħħar żewġ pożizzjonijiet maġġuri tal-Istat Iżlamiku f’Raqqa, iġifieri l-grawnd muniċipali u l-Isptar Nazzjonali.