Fil-Bangladesh, il-forzi tal-pajjiżi daħlu f’kafeterija wara li numru ta’ persuni armati żammew numru ta’ persuni ostaġġi.
L-aħħar żviluppi sa issa jgħidu li ġew salvati mat-tnax -il persuna, fosthom erba’ barranin iżda mhux magħruf x’sar minnhom l-oħrajn hekk kif jidher li fil-ħin tal-attakk kien hemm għoxrin persuna fl-istabbiliment.
L-Istat Iżlamiku refa’ r-responsabilita’ ta’ dan l-attakk fil-kapitali Dhaka.
Jidher li l-operazzjoni tal-qawwiet tal-Bangladesh kienet waħda massiċa hekk kif is-suldati daħlu bil-qawwa u għal ħin twil instema’ sparar hekk kif il-forzi tal-pajjiż pruvaw jegħlbu lill-militanti.
Fost l-ostaġġi miżmuma kien hemm Taljani u Ġappuniżi.