Dak li mhux ir-ragħaj spiritwali iżda ċertament ir-ragħaj tal-komunità li tingħaqad għal dak l-avveniment annwali, jiġifieri l-festa jkollu wkoll ħafna x’jagħmel matul il-festa tar-raħal.
F’dawn iż-żminijiet tal-festi ta’ Santa Marija, dan l-istazzjon mar il-Gudja u mar hemm bi ħsieb.
Hemm hekk hemm l-ewwel vara ta’ Santa Marija f’Malta u waħda mill-iktar sindki friski fi gżiritna.
Aħna u nterqu mal-pjazza mżejna bl-armar, is-sindku saħqet fuq il-bilanċ li l-kunsill lokali jkun irid joħloq fil-jiem tal-festa.
Is-Sindku tal-Gudja, Maria Sara Vella“Aħna min-naħa tagħna bħala Kunsill Lokali naraw li r-resident jibqa’ moqdi u dak ifisser li fejn għandna pjazzez u toroq fejn qegħdin jingħalqu xorta r-residenti bħala lokal ikun aċċessibli u naraw ukoll li anki waqt il-festa kollox ikun ċivili, kollox ikollna l-għaqda bejn in-nies tar-raħal.”
Qalet li quddiem il-kunsill lokali jiġu turrun permessi x’jinħarġu u għalhekk issir ħidma kollettiva mal-għaqdiet tar-raħal.
“Bħala kunsill inkunu qegħdin naħdmu kemm mal-Arċipriet, bħala paroċċa kif ukoll mal-każini biex naraw li dak kollu li hu meħtieġ għall-festi jkun stabbilit minn qabel u dawn ikun meħtieġ ħafna preparamenti għalihom”, sosniet Vella.
U sakemm is-sindku l-ġdida, li rċeviet taħriġ siewi permezz tal-programm LEAD, tkompli tgawdi l-festa, il-ħidma tkompli sabiex mill-għada tal-festa r-raħal jerġa’ lura għall-ħajja komunitarja fi spirtu forsi inqas brijuż.