Il-Ministru Carmelo Abela laqqa’ grupp ta’ ġurnalisti dalgħodu li tul il-Presidenza se jkollhom sehem fid-diskussjonijiet dwar l-immigrazzjoni fost oħrajn.
Abela spjega kif il-kriżi għadha magħna għaliex l-influss ta’ persuni li qed jaħarbu l-kunflitt u jfittxu refuġju fi Stati Ewropej qed jikber, u għaldaqstant jemmen li hemm bżonn sistema komuni għat-trattament tal-immigranti fl-Ewropa. U din hija r-raġuni għal follow up summit li se jsir fil-bidu ta’ Frar wara s-suċċess tal-Valletta Summit li sar fl-2015.
Intqal ukoll li sa Ġunju jrid jintleħaq xi tip ta’ ftehim fuq solidarjetá ma’ dawn il-persuni li qed jitolbu l-ażil, kif ukoll li pajjiżi Afrikani ikunu fuq l-aġenda għal diskussjoni fit-tul.
L-Irwol tal-Ministri issa se jinbidel. Mhux se nitkellmu f’isem Malta biss, imma f’isem il-Presidenza kollha, temm jgħid il-Ministru Abela.