In-numru ta’ mwiet fl-Afrika t’Isfel tela’ għal 72; dan hekk kif il-vjolenza madwar il-pajjiż żdiedet wara li l-eks President Jacob Zuma ntbagħat il-ħabs.
Fil-jum tat-Tlieta folol ta’ nies taw in-nar lil numru ta’ stabbilimenti tax-xiri, tant li f’wieħed minnhom, tarbija tgarat minn tieqa bit-tama li tiġi salvata hekk kif l-ewwel sular kien maħkum min-nirien.
Il-pulizija tal-Afrika t’Isfel stqarru li identifikaw 12-il persuna suspettat li pprovokaw ir-rewwixti. B’kollox ġew arrestati 1,234 persuna.