L-Awtorità għas-servizzi Finanzjarji ta’ Malta ħabbret li ppreżentat rakkomandazzjoni għall-irtirar tal-liċenzja bankarja tal-Pilatus Bank lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Fi stqarrija l-MFSA fissret li l-ewwel raġuni wara r-rakomandazzjoni kienet li l-uniku u l-benefiċċjarju aħħari tal-Pilatus Bank ġie akkużat fl-Istati Uniti fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ offiżi kriminali finanzjarji.
Permezz tal-istqarrija l-MFSA qalet kif ilha tħares lejn il-bank mill-qrib u tara li l-bank kien qed jikser b’mod persistenti l-kopertura tal-likwidità mitluba mill-liġi minn meta ġie akkużat il-benefiċċjarju.
L-MFSA tenniet li hi se tkompli tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tipproteġi l-assi sakemm jitlestew l-investigazzjonijiet pendenti dwar l-allegat ħasil ta’ flus.
L-istqarrija temmet tgħid li issa l-MFSA se tkun qed tistenna l-evalwazzjoni tal-Bank Ċentrali sabiex tieħu azzjonijiet oħra.