B’rabta mal-irtirar ta’ tliet Deputati Nazzjonalisti f’daqqa li għażlu li ma jikkontestawx l-elezzjoni ġenerali li jmiss mal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista qal li dan il-fatt huwa riflessjoni tal-istat li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech.
Il-Partit Laburista nnota kif huwa sinjifikattiv ħafna kif dawn it-tliet deputati, li huma wkoll magħrufa għal kemm appoġġjaw lil Adrian Delia, irtiraw il-kandidatura tagħhom proprju fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali.
It-tluq tagħhom mill-partit hu sinjal ieħor ta’ kif il-klikka li poġġiet lil Bernard Grech Kap hi dik li għadha u se tibqa’ tiddetta l-aġenda fil-Partit Nazzjonalista u saħansitra qed tagħmilha diffiċli għan-Nazzjonalisti stess li jaħdmu fl-istess partit.
Il-Partit Laburista saħaq li Bernard Grech u dawk li poġġewh hemm firdu partit u għalhekk appella biex il-poplu ma jħallihomx jifirdu pajjiż.
Aqra ukoll: