New Zealand qed jibgħat għajnuna f’Tonga wara d-diżastru li esperjenzaw il-gżejjer nhar is-Sibt li għadda meta żbroffa vulkan li kkawża wkoll tsunami; iżda l-irmied, li qed jgħatti l-biċċa l-kbira tar-runway, qed ipoġġi f’diffikultà l-ajruplani biex jinżlu l-art.
Filwaqt li l-vapuri militari, mibgħuta bil-provvisti, mistennija jieħdu jiem sakemm jaslu fuq il-gżejjer.
Kawża tat-tsunami, inqata’ l-cable taħt il-baħar u li għalhekk il-komunikazzjoni mill-pajjiż inqatgħet għal kollox.
Għalhekk, il-biża umanitarja qed tkompli tikber. Fil-fatt qed jiġi rrapportat li s’issa persuna tilfet ħajjitha, filwaqt li għadu mhux magħruf kemm hemm nies midruba.