Għall-ewwel darba l-Irlandiżi jistgħu jakkwistaw pinta birra liberament, anke fil-Jum Imqaddes tal-Ġimgħa l-Kbira. Dan hekk kif l-ħwienet tax-xorb fir-Repubblika tal-Irlanda se jkunu jistgħu jbigħu l-alkoħol fil-Ġimgħa l-Kbira wara li f’Jannar li għadda l-Parlament neħħa din il-projbizzjoni li kienet ilha fis-seħħ għal snin twal.
Il-projbizzjoni tal-alkoħol fil-Ġimgħa l-Kbira hija marbuta mat-tradizzjoni Kattolika qawwija tal-Irlanda iżda din is-sena, madwar l-Irlanda kollha, il-pubs bdew iservu l-birra sa’ mill-għaxra ta’ dalgħodu.
Minħabba din il- liġi, mhux l-ewwel darba li xi turist li jkun qed iżur l-Irlanda f’ dawn iż-żminijiet, jidħol f’ xi biċċa nwkiet. Oħrajn kienu jgħażlu li jitilgħu fuq il-ferroviji u jikkunsmaw l-alkoħol hemm, dan peress din il-liġi ma kinitx tapplika fuq il-ferroviji u vapuri tal-passiġġieri.