Infetħu l-postijiet tal-votazzjoni għal referendum dwar il-liġijiet tal-abort fl-Irlanda.
Fil-preżent, l-abort huwa permess meta l-ħajja tal-mara tkun f’riskju, iżda mhux f’każijiet ta’ stupru, inċest jew abnormalità fatali tal-fetu.
Aktar minn tliet miljun u mitejn elf persuna huma eleġibbli li jivvuttaw f’dan ir-referendum, b’aktar minn mitt elf votanti ġodda.