Mal-ewwel indikazzjonijiet li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali, iċ-ċelebrazzjonijiet kienu spontanji f’kull rokna tal-pajjiż.
Daqq ta’ ħornijiet, sfafar u sufarelli ikkaratterizzaw bosta toroq f’Malta.
U fil-mument li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar uffiċjalment ir-rebħa, f’numru ta’ rħula fosthom iż-Żejtun, Raħal Ġdid, Ħal Qormi u n-Naxxar, spikkaw l-ilwien bojod u ħomor.
Ma naqas li anki f’Għawdex, in-nies ħarġu jiċċelebraw.
In-nies fit-toroq irrimarkaw kif Robert Abela u l-Gvern Laburista kien ta’ spalla fi żmien ta’ sfida.
“Waqt pandemija rajna għajnuna kbira u ma nistenna xejn aktar, aħna isportivi, għandi t-tifel sportiv, trakka tal-karozzi xi ħaġa vera mmens sabiħa.”
“Fil-COVID għena ħafna, lil min hu self-employed bħali u għamlilna track tal-go karts, kont ilni nistenniha żmien u issa qed igawdiha t-tifel għax jien ilħaqt kbirt.”
“Taħt Gvern Laburista, l-ħames snin li ġejjin se jkun hawn ħafna ġid: ġid għal anzjani, għat-tfal għal kulħadd, ħaseb f’kulħadd. Gvern tal-labour, gvern tal-ħaddiem, gvern ta’ vera.”
Il-poplu għażel ukoll l-għaqda.
“Il-gvern tagħna, Robert Abela tant qassam ġid, inkredibbli. Jekk ma tkunx inkredibbli fil-pajjiż ma tistax terbaħ l-elezzjoni.”
“Uriena li l-poplu uża moħħu, il-poplu jrid l-għaqda mhux il-firda, ma jridx ħdura, ngħinu lil xulxin u nemmen ħafna f’Robert Abela u t-tim tiegħu. Għandu tim tajjeb u nemmen li ħa jkollna futur sabiħ flimkien.”
U ma naqasx il-ferħ għall-ewwel mandat ta’ Robert Abela.
“Robert raġel onest, kapaċi jmexxi ħames snin oħra u l-poplu Malti jafda fih.”
“Kien jixraqlu għax għal ġid li għamel u ħaseb f’kulħadd kien jixraqlu li jitla’ b’saħħa kbira.”
F’din l-elezzjoni ġenerali vvotaw għall-ewwel darba żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena.
Din id-darba kellhom sehem dwar l-għażla tal-futur tagħhom.
“Qed nistenna li nkompli nistrudja u jgħinni aktar ’il quddiem biex jiena nasal għal esperjenza li nixtieq f’ħajti.”